Mara barranija ta’ 67 sena ndarbet iżda mhijiex fil-periklu li titlef ħajjitha wara li ntlaqtet minn karozza li kienet involuta f’inċident ieħor fi Triq Manwel Dimech f’Tas-Sliema.
Jirriżulta li dalgħodu, għall-ħabta tal-11.30am, trakk kaxkar bieba ta’ karozza, li kienet ipparkjata u li hi propjetà ta’ mara ta’ 38 sena minn Ħaż-Żebbuġ, li nzertat fetħet il-bieba dak il-ħin. Konsegwenza ta’ hekk, it-trakk kaxkar ukoll il-karozza, li laqtet lill-mara barranija.
Fil-post issejħet Ambulanza, li ħadet lill-barranija l-Isptar Mater Dei. Min-naħa l-oħra, il-mara minn Ħaż-Żebbuġ ma sofrietx feriti.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.
//= $special ?>