Lokali Parlament

Il-Ministru għal Għawdex bi ħsiebu jieħu azzjoni!

Il-Ministru għal Għawdex Anton Refalo qal fil-Parlament li bi ħsiebu jieħu azzjoni mill-aktar fis possibbli fuq xogħlijiet meħtieġa f’diversi toroq fin-Nadur, fosthom fuq xogħol li ma tkompliex u ilu wieqaf diversi xhur.

Ix-Shadow Minister għal Għawdex, Chris Said, staqsa lill-Ministru għal Għawdex jgħid meta hu maħsub li jsir ix-xogħol ta’ bini mill-ġdid ta’ Triq it-Tiġrija fin-Nadur, u jekk hux ser jsir culvert ġdid għall-ilma tax-xita f’din it-triq.

Staqsa wkoll lill-Ministru jgħid meta ser jitkompla x-xogħol fuq Triq tal-Ħanaq u parti minn Triq ir-Ramla fin-Nadur wara li dan issa ilu wieqaf numru ta’ xhur u l-finishingcoat ta’ tarmak baqa’ ma ngħatax bil-konsegwenza li hemm ċertu periklu bil-faxxa tal-konkos imqabbża ‘l fuq fuq il-ġenb ta’ dawn it-toroq.

Chriis Said staqsa wkoll lill-Ministru għal Għawdex jgħid meta hu maħsub li ssir il-parti ta’ Triq Għajn Qasab fin-Nadur mill-playingfield tal-Ħali ‘l fuq, u li tinsab fi stat ħazin ħafna.

Fir-risposta tiegħu, il-Minsitru qal li l-Ministeru huwa konxju mill-punti li tqajmu fil-mistoqsija parlamentari, u li bi ħsiebu jieħu azzjoni mill-aktar fis possibbli.