Lokali Parlament

Il-Ministru Konrad Mizzi ma jagħti ebda raġuni

Estiża bi tliet xhur id-data li fiha setgħu jintlaqggħu l-proposti għall-proġett fil-Port ta’ Marsamxett

Id-data tal-għeluq biex jintlaqgħu proposti għall-proġett għad-disinn, bini u operat ta’ trasport alternattiv fil-Port ta’ Marsamxett, li kellha tkun sat-28 ta’ Awwissu li għadda, ġiet estiża bi kważi tliet xhur sal-20 ta’ Novembru 2015.

Ix-Shadow Minister Jason Azzopardi staqsa fil-Parlament lill-Ministru Konrad Mizzi, jgħid jekk id-data tal-għeluq ta’ din ir-Request for Proposals ta’ Projects Malta tat-28 ta’ Awwissu 2015, inbidlitx u għal meta nbidlet. Staqsa wkoll min iddeċieda li jbiddel tali data ta’ għeluq, x’kienet ir-raġuni u jekk mad-data nbidlux xi kundizzjonijiet oħra.

Filwaqt li l-Ministru għall-Enerġija u s-Saħħa qal li ma nbiddlu l-ebda kundizzjonijiet oħra, lanqas fil-kundizzjonijiet tal-garanziji bankarji, fit-tweġiba tiegħu ma ta ebda raġuni dwar dak li wassal biex tiġi estiża d-data bi kważi tliet xhur, u min iddeċieda li tiġi estiża.