Matthew Mamo u Mario Frendo miċ-Ċentru tal-Konferenzi
Il-Prim Ministru Taljan Matteo Renzi qal li s-summit f’Malta dwar l-immigrazzjoni diġa hu sinjal pożittiv għax juri li fl-aħħar din il-problema qed tiġi diskussa bħala mod komuni bejn il-pajjiżi kollha, kemm Ewropej kif ukoll Afrikani.
Hu qal dan f’kummenti li ta lill-media wara l-iffirmar tal-‘EU Emergency Trust Fund for Africa’ Fil-kummenti tiegħu Matteo Renzi qal li l-Italja ila ħafna titkellem dwar din il-problema imma dan is-summit juri li l-Italja m’għadiex weħidha fuq il-kwistjoni tar-refuġjati.
Kompla li l-Afrika hi priorita’ fil-kwistjoni tal-immigrazzjoni imma fakkar li issa din il-problema nfirxet u qed taffettwa ħafna iktar pajjiżi.
Madanakollu hu ma weġibx meta kien mistoqsi dwar dak li qal iktar kmieni l-President tal-Parlament Martin Schulz li b’dispjaċir innota li l-anqas hemm qbil bejn il-mexxejja Afrikani stess.
//= $special ?>