Lokali

It-tieni jum tal-Valletta Summit LIVE bħalissa fuq NETnews.com.mt

Dalgħodu, fit-8am, bdew jaslu l-Mexxejja li qed jipparteċipaw fil-Valletta Summit, hekk kif is-Summit internazzjonali daħal fit-tieni u l-aħħar jum.

Fit-taħdidiet qed jipparteċipaw madwar 96 delegazzjoni, fosthom Mexxejja ta’ pajjiżi Ewropej u Afrikani, kif ukoll numru kbir ta’ organizzazzjonijiet u entitajiet li b’xi mod jew ieħor għandhom x’jaqsmu mal-qasam tal-immigrazzjoni. Is-Summit kien issejjaħ mill-Kunsill Ewropew fil-bidu tas-sena wara t-traġedji fuq il-baħar li ma waqfu xejn u li swew il-ħajjiet ta’ eluf ta’ persuni.

Fost l-aktar impenn importanti dalgħodu hemm l-iffirmar tal-EU Emergency Trust Fund for Africa – fond ta’ €1.8 biljun, li se jkun wieħed mill-għodod biex tkun indirizzata l-immigrazzjoni. Wara li l-President tal-Kummissjoni Ewropea Jean Claude Juncker jiffirma dan il-Fond, is-Summit ikompli b’aktar taħdidiet.

Malli jintemmu t-taħdidiet waranofsinhar, tkun indirizzata konferenza tal-aħbarijiet bil-konklużjonijiet tas-Summit.

Tista’ ssegwi dak li għaddej illum fil-Belt billi tagħfas hawn.