Lokali Unjoni Ewropea

Schulz: “Nuqqas ta’ qbil bejn il-mexxejja Afrikani”; ħafna minnhom jiċħdu

Matthew Mamo u Mario Frendo miċ-Ċentru tal-Konferenzi fil-Belt Valletta

Dalgħodu tibda t-tieni sessjoni tat-taħdidiet waqt il-Valletta Summit

Jeżisti nuqqas ta’ qbil bejn il-mexxejja Afrikani dwar kif il-problema tal-immigrazzjoni mill-Afrika lejn l-Ewropa tista’ tissolva. Qal dan il-President tal-Parlament Ewropew Martin Schulz f’kummenti lill-ġurnalisti.

Dan hekk dalgħodu, il-mexxejja li qed jattendu għas-Summit dwar l-Immigrazzjoni bdew deħlin għat-tieni ġurnata ta’ laqgħa bit-tama li llum jintlaħaq ftehim dwar soluzzjoni komuni għal din il-problema tal-immigrazzjoni.

Skont il-President Schulz, il-mexxejja Afrikani m’għandhomx linja komuni dwar kif il-problema tal-immigrazzjoni tista’ tissolva.

Madanakollu, mexxejja Afrikani dehru sorpriżi b’din id-dikjarazzjoni u ħafna minnhom saħansitra ċaħdu dan. Qalu li huma miġbura b’mod komuni taħt l-Unjoni Afrikana u l-pożizzjoni li tieħu din l-Unjoni hi l-pożizzjoni komuni tagħhom.

Intant il-President Schilz qal li l-fond li twaqqaf hu pass importanti iżda m’huwiex biżżejjed u l-pajjiżi Ewropew iridu jikkontribwixxu iżjed.