Lokali

“S’issa kellna biss diskorsi” – Martin Schulz

L-ewwel sessjoni tal-Valletta Summit ġiet fi tmiema tard ilbieraħ bil-lejl għall-ħabta tal-11pm. Fi tmiem id-diskussjonijiet, il-President tal-Parlament Ewropew Martin Schulz spjega lill-gurnalisti li m’hemm l-ebda konklużjonijiet. “Tridu tistennew. S’issa kellna biss diskorsi”, sostna Schulz.

Net News tkellem ukoll ma’ Antonio Gutierres, il-Kummissarju Għoli tal-UNHCR – l-organu tan-Nazzjonijiet Uniti responsabbli mir-refuġjati. Gutierres ma ta l-ebda dettalji dwar il-laqgħa tal-bieraħ. Iżda sostna li minn naħa tiegħu jittama illi f’dan is-summit ikunu qedgħin jintlaħqu riżultati sabiex tiġi indirizzata din l-isfida li qed iġġib maghha l-immigrazzjoni.