Internazzjonali

VALLETTA SUMMIT: l-Iżvezja ddaħħal il-kontrolli mal-fruntieri

L-Iżvezja issospendiet il-ftehim ta’ Schengen, u iddeċidiet li terġa iddaħħal il-kontrolli mal-fruntieri tagħha. Il-kontrolli se jidħlu fis-seħħ mil-lum f’nofsinhar, kif tħabbar ilbieraħ bil-lejl mill-Miniztru tal-Intern Żvediz Anders Ygeman waqt is-summit tal-immigrazzjoni li qed sir f’pajjiżna.
Id-deċiżjoni tal-Iżvezja ittieħdet minħabba biża’ li fil-ġimgħat li ġejjin se jkomplu jiżdiedu l-wasliet ta’ refugjati lejn l-Iskandinavja.

Intant, fl-ahhar 24 siegha fis-Serbja daħlu mat-8,000 refuġjat li qasmu mill-Macedonja. Dawn huma kollha persuni li qed jaharbu mis-Sirja, l-Iran u l-Afganistan…fir-rotta lejn it-Turkija, il-Greċja, biex jibqgħu sejrin lejn il-Balkani u ċ-ċentru tal-Ewropa.