Matthew Mamo u Mario Frendo miċ-Ċentru għall-Konferenzi
Il-President tal-Kummissjoni Ewropea Jean Claude Juncker iffirma l-“EU Emergency Trust Fund for Africa” kmieni l-Ħamis filgħodu fl-ewwel impenji waqt il-Valletta Summit.
Il-fond ġie ffirmat f’isem l-Unjoni Ewropea u se jkun qed jara l-allokazzjoni ta’ €1.8 biljuni f’fondi għall-Afrika, bil-għan li tkun indirizzata l-kawża tal-immigrazzjoni rregolari li fl-aħħar snin swiet il-ħajja ta’ eluf ta’ persuni.
Il-fond ġej kollu mill-baġit tal-Unjoni Ewropea u se jkun ikkumplimentat minn fondi oħra mill-istati membri tal-Unjoni Ewropea. Malta diġa wegħdet li se tkun qed tikkontribwixxi €250,000 għal dan il-fond. S’issa, il-pajjiżi tal-Unjoni Ewropea wegħdu li jikkontribwixxu total ta’ €78.2 miljuni.
B’kollox, aktar minn 23 pajjiż Afrikan se jkunu qed jibbenefikaw minn dan il-fond, li l-għan tiegħu hu li jippromwovi l-istabbilta’ fir-reġjuni Afrikani. Permezz ta’ promozzjoni ta’ opportunitajiet ekonomiċi, sigurta’ u żvilupp, se tkun qed tiġi indirizzata l-kawża tal-problema – jiġifieri r-raġuni ewlenija għalfejn ħafna persuni jagħżlu li jitilqu mill-pajjiżi Afrikani.
Il-fond qed ikun meqjus bħala wieħed mill-aktar miżuri konkreti li ħarġu mill-Valletta Summit.
//= $special ?>