Lokali

Żewġ nomini oħra għall-elezzjoni każwali fuq is-seba’ distrett

Illum daħlu aktar nomini għall-elezzjoni każwali li se ssir it-Tnejn li ġej biex jimtela’ l-post battal fil-Parlament wara r-riżenja ta’ Joe Cassar.

Illum tefgħu n-nomina tagħhom Rudolph Grima u David Vassallo biex issa n-numru ta’ Kandidati telgħu għal tlieta.

Il-Kandidati għall-elezzjoni ġenerali tal-2013 li kienu ħarġu f’isem il-Partit Nazzjonalista fuq is-seba’ distrett huma eliġibbli biex jivvutaw sas-Sibt f’12pm.

It-Tnejn li ġej, fid-9am fiċ-Ċentru tal-Għadd tal-Voti fin-Naxxar, jinfetaħ il-pakkett bil-kwota tal-voti ta’ Joe Cassar.

Dawn imbagħad jitqassmu skont il-preferenza mogħtija lill-Kandidati li jitfgħu n-nomina għal din l-elezzjoni każwali.

Il-Kandidat rebbieħ jintgħażel skont min minnhom ikun l-aktar preferenzi.