Il-Qawwiet Amerikani wettqu attakk mill-ajru biex jeliminaw lit-terrorista tal-ISIS magħruf bħala ‛Jihadi John’.
Dan tħabbar mill-Pentagon stess, li qalet li għad irid isir magħruf jekk Jihadi John inqatilx f’dan l-attakk jew le.
Mohammed Emwazi, jew Jihadi John, hu terrorista Ingliż li kien imfittex wara li deher f’numru ta’ filmati tal-ISIS jaqta’ l-irjus ta’ ostaġġi mill-punent.
Uffiċjal għoli Amerikan qal li l-attakk mill-ajru mill-Istati Uniti sar fuq vettura, qrib Raqqa fis-Sirja, li kienet maħsuba li kienet qed iġġorr lil Jihadi John, wara li dan kien ilu jiġi segwit għal perjodu twil ta’ żmien.
//= $special ?>