Gazzetti Lokali

Ħarsa lejn il-ġurnali dalgħodu

Il-ġurnali kollha tal-lum jitkellmu b’mod prominenti dwar il-Valletta Summit li ntemm ‘il bieraħ.

IN-NAZZJON tikkwota lill-President tal-Kunsill Ewropew Donald Tusk li l-UE hi l-uniku grupp ta’ pajjiżi li qed jieħu azzjoni kollettiva fuq l-immigrazzjoni.

TIMES OF MALTA b’rapport ewlieni dwar id-diskors tal-Prim Ministru Joseph Muscat f’konferenza tal-aħbarijiet fi tmiem is-Summit. Rapport ieħor jitkellem dwar it-tnaqqis fil-pensjonijiet 30 sena ilu lil Maltin li kienu ħadmu mas-Servizz Ingliż, bir-rapport jikkwota l-Awditur Ġenerali tal-EU jgħid li t-tnaqqis kien sar bi ksur tal-liġijiet Ewropej.

THE MALTA INDEPENDENT tikkwota lill-President tal-Kunsill Ewropew Donald Tusk jgħid li l-Unjoni Ewropea hi determinata li tirbaħ il-ġirja biex tkun salvata z-zona Schengen wara li aktar pajjiżi komplew jimponu aktar kontrolli fuq il-fruntieri tagħhom. Tusk għamel dawn il-kummenti fi tmiem il-Valletta Summit.

L-ORIZZONT b’ritratt tal-Prim Ministru Taljan u l-President Fraċiż Francois Hollande iħarsu lejn il-baħar u b’artiklu intitolat ‘Hollande u Renzi jammiraw il-Port u ‘għawwiem Belti”.