Il-Forza Demokratika f’Mynmar immexxija minn Aung San Suu Kyi rebħet il-maġġoranza fil-Parlament tal-pajjiż magħruf bħala ‘Burma’.
Rebħa li effettivament ġabet fit-tmiem għexieren ta’ snin ta’ tmexxija kkontrollata mill-militar tal-pajjiż. L-elezzjoni kienet l-ewwel waħda ħielsa f’aktar minn 25 sena.
B’aktar minn 80% tas-siġġijiet li ġew iddikkjarati, il-Forza Demokratika ta’ Suu Kyi rebħet aktar miż-żewġ terzi li huma neċessarji biex il-partit tagħha jista’ jikkontrolla l-Parlament u jagħżel il-President tal-pajjiż.
//= $special ?>