Il-Kap tar-Red Bull Christian Horner ikkonferma li fl-istaġun li ġet it-tim se jkun qed jieħu sehem fil-Formula 1. Matul dawn l-aħħar xhur kien hemm spekulazzjonijiet li r-Red Bull ma kienux se jieħdu sehem minħabba li kien hemm possibiltà li dawn ma jsibux kumpanija li tipprovdilhom magna kompettitiva. Jihder li issa r-Red Bull se jibqgħu jikkompetu u se jkollhom magna Renault, anke jekk f’dawn l-aħħar xhur ir-relazzjoni bejn dawn it-tnejn ma tantx kienet waħda tajba għax id-diriġenti ma kienux kuntenti bil-magna ta’ din is-sena.
//= $special ?>