F’Ottubru: Maltemp f’5 ijiem biss u xita fi 11-il ġurnata
It-temp matul Ottubru li għadda kien ikkaratterizzat minn temperaturi ogħla mill-medja, irwiefen qawwija u aktar xita mis-soltu. It-temperaturi għoljin ippersistew matul il-maġġoranza tax-xahar. L-ogħla temperatura telgħet għal 30 grad celcius fis-6 ta’ Ottubru.
B’kollox, 20 ġurnata f’Ottubru kellhom temperaturi ogħla mill-medja. Madanakollu, minkejja din it-tendenza ta’ temperaturi għoljin, Ottubru ra inqas sigħat ta’ xemx min-normal, b’medja ta’ 6.3 sigħat ta’ xemx kuljum għal kuntlarju tas-7 sigħat xemx tas-soltu.
L-aktar temperatura kiesħa matul Ottubru ġiet irreġistrata fil-lejl tat-22 ta’ Ottubru u niżlet għal 11.9 gradi celcius.
Il-maltemp tipiku ta’ dan l-istaġun, f’Ottubru kien reġistrat f’ħamest ijiem biss f’Ottubru (1, 2, 10, 22 u 31), b’silġ rappurtat fit-22 tax-xahar. Madanakollu niżlet ix-xita f’total ta 11-il ġurnata f’Ottubru.
Ottubru kien milqut ukoll minn irwiefen qawwija, b’dak massimu jlaħħaq it-48 mil nawtiku fit-22 tax-xahar, dakinhar li għamlet is-silġ. Ir-riħ kien ġej mill-Majjistral.
//= $special ?>