Dan ir-ritratt ittieħed “bi żball” minn ġurnalist li fl-aħħar jiem kien qed isegwi l-Valletta Summit. Jirriżulta li daħal bi żball f’parti minn Dar il-Mediterran li kienet ristretta biss għall-mexxejja Ewropej u Afrikani. Inzerta li l-anqas l-uffiċjali tas-sigurtà ma ndunaw li kien daħal ġurnalist.
M’għandniex xi ngħidu, malli nduna fejn kien qiegħed, dan il-ġurnalist mill-ewwel ħataf l-opportunità u ħa dan ir-ritratt tal-President tal-Kunsill Ewropew Donald Tusk u l-Kanċillier Ġermaniż Angela Merkel jgħidu kelmtejn bejn sessjoni u oħra tas-Summit.
Ritratt: James Crisp
//= $special ?>