Lokali

“Persuna li kien għadu kif attakka mara tħalla jiġri fit-toroq”

Persuna qed tallega li “persuna li kien għadu kif attakka lil mara”, tħalla jiġri fit-toroq. U dan peress li Pulizija fil-qrib qalu lill-vittma biex tmur tagħmel rapport l-għassa.

Fuq il-media soċjali, mara rrakkuntat dak li allegatament seħħ lil ħabiba tagħha l-lejl li għadda, meta l-vittma spiċċat attakkata minn raġel fil-Fgura. Ir-raġel “prova jneħħilha l-ħwejjeġ.”

Il-vittma rnexxielha teħles mir-raġel u ġriet ‘il bogħod fejn wara ftit iltaqgħet ma’ Pulizija li bil-kalma kollha “qaltilha biex tmur tagħmel rapport l-Għassa tal-Pulizija.”

Il-ħabiba tal-vittma tkompli tirrakkonta li l-vittma kienet ixxukkjata b’dak li kien ġralha u għaldaqstant minflok marret tfittex il-wens tagħha. Din il-persuna spjegat li ħadet lit-tfajla hi l-għassa.

Iżda malli waslu l-għassa, il-Pulizija qalilhom li kellhom imorru jagħmlu r-rapport tagħhom l-għassa ta’ Ħal Luqa u dan filwaqt li “r-raġel li kien għadu kif attakka mara, tħalla jiġri fit-toroq, possibilment jippjana attakk fuq xi ħadd ieħor.”

Ritratt: Arkivji