Il-Pulizija Ġermaniża qalu li nstabu l-katavri ta’ diversi trabi ġo dar fil-belt ta’ Wallenfels, qrib il-fruntiera mar-Repubblika Ċeka.
Jaħsbu li hemm sa seba’ trabi mejtin f’dan il-każ makabru, bl-awtoritajiet ikunu nnotifikati minn mara li hi residenti fil-belt partikolari. L-awtoritajiet, sadanittant, kienu qed jistennew biex jinterrogaw mara ta’ 45 sena li kienet tgħix fid-‘dar tal-mewt’.
Il-każ ixxokkja bil-kbir lir-residenti ta’ Wallenfels, bl-eżamijiet fuq il-katavri mistennija jdumu għaddejjin minħabba l-kundizzjoni li nstabu fihom it-trabi. Mhux ċar kif mietu t-trabi u lanqas mhu magħruf kemm kien ilhom mejtin ġo dik ir-residenza.
Skont il-midja Ġermaniża, koppja bl-ulied kienet għamlet żmien tgħix f’din il-proprjetà u sakemm ir-raġel u l-mara ddeċidew biex jisseparaw fl-aħħar xhur.
Sejba ta’ katavri ta’ trabi fil-Ġermanja
