Filwaqt li għadhom ma ngħataw l-ebda dettalji tas-sit il-ġdid tal-ITS li se jiċċaqlaq fi Smart City
Il-bini tal-Istitut għall-Istudji Turistiċi se jkun qed jingħata mill-Gvern lill-kumpanija li tirbaħ id-dritt li tiżviluppa dik iz-zona f’San Ġiljan.
Dan hekk kif diġa kien tħabbar li l-istudenti tal-ITS se jkunu qed jiċċaqilqu għal Smart City.
Fi stqarrija, l-aġenzija tal-Gvern Projects Malta qalet li l-Gvern qed jilqa’ proposti għad-disinn, il-bini u l-operazzjoni ta’ sit turistiku fiz-zona fejn preżentament hemm il-bini tal-ITS.
Filwaqt li nfetħet is-sejħa għall-proposti, u filwaqt li tħabbar mill-Gvern li se jkun qed jagħti l-bini tal-ITS lil min jirbaħ id-dritt li jiżviluppa s-sit, għadhom ma tħabbrux dettalji tas-sit il-ġdid tal-ITS f’Smart City.
Projects Malta qalet ukoll li dettalji dwar is-sit il-ġdid fi Smart City se jingħataw separatament.
//= $special ?>