Il-pulizija f’Milan qegħdin ifittxu raġel li aggredixxa raġel Lhudi u tah diversi daqqiet ta’ sikkina quddiem pizzerija f’din il-belt.
Il-vittma, li kien identifikat mill-komunità tal-Lhud f’Milan, spiċċa attakkat mill-aggressur li mexa warajh u tah daqqiet ta’ sikkina f’dahru, f’dirgħajh u f’wiċċu. Hu mifhum li l-vittma ma jinstabx f’periklu tal-mewt, u l-uffiċjali tal-komunità tal-Lhud ħarġu stqarrija li fiha esprimew it-tama li dan kien biss ‘attakk iżolat’.
Tfittxija għall-aggressur ta’ Lhudi f’Milan
