Internazzjonali

Evakwat in-North Terminal ta’ Gatwick

Dalgħodu fl-isfond ta’ l-attakki f’Pariġi ġie evakwat in-North Terminal tal-ajruport ta’ Gatwick f’Londra.

L-evakwazzjoni seħħet wara li fl-ajruport nstab raġel li kien qiegħed iġorr pakkett suspettuż. L-inċident m’għandu ebda rabta ma’ l-attakki f’Pariġi.