Internazzjonali

FILMAT: Ħsejjes ta’ splużjonijiet waqt il-partita bejn Franza u l-Ġermanja

Filmat li ttella’ fuq YouTube juri l-mumenti meta tlett splużjonijet ħasdu l-iStade de France, il-post fejn kienet qed tintlgħab partita ta’ ħbiberija bejn Franza u l-Ġermanja bi tħejjijja għall-Euro 2016. Għal din il-partita kien hemm preżenti l-President Franċiż Francois Hollande.

Madwar nofs siegħa wara l-bidu tal-partita, instemgħet l-ewwel minn tlett splużjonijiet. Wara t-tieni splużjoni, il-President Franċiż kien eskortat barra mill-istadium. Aktar tard kien ġie stabbilit li tlett terroristi kienu splodew lilhom infushom f’attakk suwiċida f’tlett ħwienet tal-ikel qrib l-istadium.

Ħafna nħakmu min paniku u niżlu fuq il-pitch. Iz-zona tal-istadium ‘Stade de France’ kien wieħed minn sitt postijiet fi Franza fejn seħħew l-attakki terroristiċi.