Filmat li ħareġ juri l-mument tal-biża’ meta numru ta’ persuni prova jaħarbu mit-teatru Bataclan, li kien wieħed mill-postijiet fejn saru l-attakki f’Pariġi.
It-teatru kien fost sitt postijiet fejn terroristi tal-ISIS attakkaw u qatlu aktar minn 120 persuna u darbu mijiet oħra.
F’dan l-attakk partikolari, erba’ militanti tal-ISIS daħlu fis-sala tal-kunċerti u bdew jisparaw b’machine guns Kalashnikovs. Hawnekk, mietu aktar minn 80 persuna.
Fil-filmat jidhru persuni jixxabtu mit-twieqi, oħrajn jaħarbu jiġru mill-bieb ta’ wara u oħrajn saħanistri jġorru persuni midruba jew maqtula. Dan kollu waqt li mijiet oħra kienu qed jinżammu ostaġġi qabel ma sar assedju mill-uffiċjali tas-sigurta’ Franċiżi li temm l-attakk.
//= $special ?>