“Irridu nibqgħu niġġieldu għal dik li qed niġu attakati għaliha; il-liberta'”. Kien dan kliem l-Ambaxxatriċi ta’ Franza għal Malta Béatrice Le Fraper Du Hellen f’kummenti li tat lill-media llum.
L-Ambaxxatriċi kienet qed titkellem waqt mixja ta’ solidarjeta’ li saret f’San Ġiljan, minn ħdejn il-monument ‘LOVE’. Mixja li għaliha attendew numru kbir ta’ ċittadini Franċiżi f’Malta kif ukoll Maltin li ngħaqdu biex juru simpatija wara l-attakki f’Pariġi.
Béatrice Le Fraper Du Hellen irringrazzjat lill-awtoritajiet Maltin taż-żieda fis-sigurta’ tal-pajjiż wara l-attakki terroristiċi fi Franza u qalet li Malta hu pajjiż sigur.
Hi żiedet li l-attakki m’għandhomx iwasslu għal emozzjonijiet razzisti u saħqet li m’għandiex naqgħu għal dak li jridu t-terroristi, filwaqt li appellat li rridu nibqgħu niġġieldu għal-liberta’.
//= $special ?>