Internazzjonali

Jinqatel il-mexxej tal-ISIS fil-Libja

Il-Pentagon illejla ħabbar li l-mexxej tal-ġellieda tal-ISIS fil-Libja, Abu Nabil jew kif inhu aħjar magħruf Najm Abd Zayd al-Zubaydi, inqatel f’attakk bl-ajru mill-Istati Uniti.

Il-Pentagon qal li l-attakk seħħ il-Ġimgħa filgħaxija iżda ma’ semma ebda dettall dwar fejn seħħ l-attakk.

Madankollu il-Pentagon iċċara li l-attakk kien seħħ qabel l-attakki f’Pariġi u ma kien ebda rabta bejn it-tnejn.

Il-Pentagon ma’ eskludiex il-possibilita’ li Nabil kien il-persuna li fi Frar ta’ din is-sena tkellem fil-filmat li fih inqatlu numru ta’ Nsara Kopti fil-Libja.