Fuq l-internet bħalissa nies magħrufa għas-simpatija tagħhom lejn il-grupp militanti tal-ISIS qegħdin ixerdu messaġġ li fiħ l-ISIS jieħdu responsabbilita’ ta’ l-attakki f’Pariġi l-bieraħ filgħaxija.
Il-messaġġ jgħid li 8 ġellieda tal-ISIS armati b’bombi u armi tan-nar kellhom fil-mira tagħhom siti speċifiċi. Il-messaġġ speċifika li fil-mira kien hemm l-iStade de France għaliex hemm kien hemm il-President Franċiż Francois Hollande, il-kunċert f’Bataclan fejn skond l-ISIS kien hemm mijiet ta’ ‘idolaturi’ f’attivita’ deskritta mill-ISIS bħala ‘perversa’ u siti oħra f’distretti speċifiċi.
Fil-messaġġ l-ISIS jgħidu li dan l-attakk kien bħala ritaljazzjoni għal attakki Franċiżi fuq l-ISIS.
Dan il-messaġġ ħareġ propju ftit tal-ħin wara li l-President Franċiż f’diskors qal li l-attakk fuq Pariġi li ħalla bosta mejta kien att ta’ gwerra mwettaq mill-ISIS.
//= $special ?>