Lokali

“M’hawnx feeling ta’ sigurtá biex toħroġ” – Malti li kien qrib fejn seħħew l-attakki

Ftit minuti qabel kien fil-post fejn seħħ wieħed mill-attakki

Malti (ritratt fuq xellug) li jgħix Franza spjega ma’ Netnews.com.mt il-biża li teżisti bħalissa f’Pariġi wara l-attakki terroristiċi tal-bieraħ.

Owen Farrugia ilu għal dawn l-aħħar tlett xhur jgħix Pariġi u lbieraħ kien fil-post fejn seħħet waħda mill-isplużjonijiet ħmistax-il minuta biss qabel. Hu filfatt kien fi Place de la République, fejn ftit ‘il bogħod, persuni armati sparaw lejn numru ta’ ristoranti.

Ma’ dan is-sit, Owen spjega li fortunatament hu kien laħaq mar lura d-dar meta kien seħħ l-attakk. “Kieku għal ftit minuti bqajna hemmek, konna naraw xena xejn sabieħa”

Owen fisser kif il-Pulizija f’Pariġi qed iwissu biex kulħadd jibqa’ f’daru u jgħid li Pariġi “m’huwiex post sabieħ biex toħroġ bħalissa.”