Waqt laqgħa għas-Sindki organizzata mill-Assoċazzjoni tal-Kunsilli Lokali protest ċar kontra l-pjan tal-gvern Laburista li jiċċentralizza s-sistema tal-gwardjani lokali. Kien għalhekk li s-Sindki f’isem il-Partit Nazzjonalista telqu l-barra mill-laqgħa qabel beda l-indirizz tiegħu l-Kap tal-LESA Ray Zammit.
Samuel Azzopardi f’isem is-Sindki Nazzjonalist spjega li l-assoċjazzjoni, r-reġjuni u wisq anqas il-Kunsilli Lokali ma ġewx ikkonsultati fuq din ir-riforma apparti bl-affarijiet lesti u deċiżi.
Din hija sistema illi tolqot punt fundamentali fejn imkien fl-Unjoni Ewropea ma’ s-sistema tal-gwardjani lokali hija ċċentralizzata u imkien ma’ l-Kunsill Lokali huma ridotti għall-istat illi huma estranji għaliha, spettaturi mingħajr ma jistgħu jieħdu azzjoni sostna Azzopardi.
“Għaldaqstant f’isem dawn ir-rappreżentanti aħna nħossu li ma nistgħux noqgħodu għall-introduzzjoni mis-Sur Zammit Kap tal-LESA u nerġgħu nidħlu meta ser ikun diskuss l-operat mis-Sinjura Vassallo bien nagħtu l-kontribut tagħna” sostna Samuel Azzopardi fl-indirizz tiegħu.
//= $special ?>