Lokali

Raġel Ġermaniż f’qagħda kritika wara ħabta

Illum għall-ħabta tal-ħamsa u nofs ta’ waranofsinharseħħet kolliżżjoni fi Triq il-Ġnejna, L-Imġarr.

Il-Pulizija tal-Mosta marru minnufih fuq il-post u minn stħarriġ preliminari rriżulta li kien seħħ impatt head-on bejn vettura tat-tip Mercedes Benz li kienet qed tinstaq lejn il-Ġnejna u mutur tat-tip Piaggio Vespa li kien ġej mid-direzzjoni opposta.

Il-Mercedes kienet qiegħda tinstaq minn mara ta’ 34 sena residenti Għajnsielem filwaqt li l-mutur kien qed jinstaq minn raġel Ġermaniż li għandu 56 sena, li joqgħod Tas-Sliema.

Fuq il-post issejħet ambulanza li ħadet lir-raġel ta’ 56 sena l-Isptar Mater Dei għall-kura. Iktar tard, huwa ġie ċċertifikat li jinsab f’qagħda kritika.

Bil-każ ġiet infurmata l-Maġistrat tal-Għassa Doreen Clarke li ordnat li ssir inkjesta u ħatret diversi esperti sabiex jassistuha.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.