Lokali Sport

Żewġ plejers ta’ Pembroke Athleta kienu fi Stade de France waqt l-attakk terroristiku

Żewġ plejers Amerikani ta’ Pembroke Athleta, il-midfielders ta’ 23 sena Austin Martz u Gustavo Villalobos Carbajal ilbieraħ kienu fost dawk preżenti fi Stade de France għall-partita bejn Franza u Ġermanja waqt l-attakki terroristiċi f’Pariġi.

Fortunatament iż-żewġ plejers jinsabu qawwijin u sħaħ u lbieraħ filgħaxija stess irnexxielhom jirritornaw lura lejn il-lukanda fejn kienu alloġġjati.

“Ma nistax infisser dak li għaddejna minnu fi kliem. Jien u Villalobos kellna l-biljetti għal-logħba u f’ħin minnhom smajna żewġ splużjonijiet u rrealizzajna li l-belt kollha ta’ Pariġi kienet taħt attakk terroristiku,” spjega Austin Martz.

Kompla li t-tnejn li huma jinsabu qawwijin u sħaħ, u kuntenti li għadhom ħajjin. “Ġesu’ hu Alla tagħna. Hu twajjeb wisq,” kompla Martz, li hu meqjus bħala wieħed mill-aqwa barranin fil-Kampjonat Premier, u li matul dan l-istaġun diġa’ ħa l-unur tal-aqwa plejer tax-xahar darbtejn.