Ingliż ta’ 52 sena tilef ħajtu traġikament waqt li kien qed jogħdos fid-Dwejra f’Għawdex.
Il-Pulizija ta’ Għawdex irċeviet rapport għall-ħabta tas-1.15p.m. li kien hemm għaddas li sab ruħu f’diffikultajiet waqt li kien qed jogħdos ma’ grupp ta’ għaddasa.
Hu ttella’ fuq il-blat min-nies li kien hemm fil-qrib u ngħata l-ewwel għajnuna sakemm waslet ambulanza, iżda sfortunatament l-Ingliż ġie ċċertifkat mejjet fuq il-post.
Il-Pulizija għaddejja bl-istħarriġ tagħha, filwaqt li ġiet appuntata inkjesta maġisterjali.
//= $special ?>

