Ħabta bejn erba’ vetturi f’Għawdex

Numru ta’ persuni weġġgħu f’ħabta bejn erba’ vetturi f’Għawdex. L-inċident seħħ ftit tal-ħin ilu qrib id-daħla tal-istabbiliment Lidl fil-limiti tar-Rabat fit-triq li tagħti lejn ix-Xagħra.

Għad mhux magħruf il-kundizzjoni tal-persuni involuti iżda minn informazzjoni li għandu dan is-sit, ħadd ma jinsab f’qagħda kritika.

Il-pulizija qed tinvestiga il-każ. Iktar dettalji hekk kif jaslulna.