Lokali

Aġġornamenti min-Naxxar: Tony Abela lura fil-Parlament, jirbaħ l-elezzjoni każwali

Kontinwament aġġornata

12.35pm: Matul il-proċess tal-għadd tal-voti, Tony Abela baqa’ jżomm il-vantaġġ, tant li rebaħ l-elezzjoni każwali u ġie elett biex jimla’ l-post battal ta’ Joe Cassar.

10.50am: Ir-riżultati uffiċjali fi tmiem l-ewwel għadd:
Tony Abela: 1406, Rudolph Grima: 566, Peter Micallef: 365, Philip Mifsud: 642, David Vassallo: 965

10.25am: Hekk kif intemm l-għadd tal-voti miksuba minn din l-elezzjoni każwali, Tony Abela għandu madwar 1,406. Għalkemm l-għadd għadu għaddej, hu jider li hu segwit minn David Vassallo u Philip Mifsud. Kif dan l-għadd jiġi konkluż, ikun eliminat il-Kandidat bl-anqas ammont ta’ voti.

10.18am: Il-kwota ġiet ikkalkulata li hi ta’ 2,038 vot.

10.05am: Fi tmiem l-ewwel għadd f’din l-elezzjoni każwali, Tony Abela jidher fuq quddiem fit-tellieqa.

9.40am: L-għadd tal-voti beda fiċ-Ċentru tal-Għadd tal-Voti fin-Naxxar. (Ritratt: Robert Cremona)

7.50am: Bħalissa għaddej l-għadd tal-voti tal-elezzjoni każwali biex jimtela’ l-post ta’ Membru Parlamentari fis-seba’ distrett elettorali li tbattal minn Joe Cassar.

Il-Kummissjoni Elettorali kienet ħabbret li sal-gheluq taż-żmien provdut għan-nominazzjonijiet, b’kollox kienu daħlu ħames nomini.

Il-Kummissjoni Elettorali rċeviet nomini minghand Anthony Abela, Rudolph Grima, Peter Micallef, Philip Mifsud u David Vssallo.