Karozza suspettuża bi pjanċi Franċiżi qajmet paniku qrib il-bini tal-Kummissjoni Ewropea fi Brussell, hekk kif il-Pulizija lokali għaddejja b’ħidma intensiva fiż-żona fejn hu maħsub li kienu joqgħodu t-terroristi li wettqu l-attakki f’Pariġi l-Ġimgħa li għadda.
Fi Triq Josep II, il-Pulizija ġabu wkoll robot biex iżarma pakkett suspettuż li kien hemm fil-karozza. Fortunatament, dan kien biss ‘false alarm’, hekk kif ma nstab l-ebda splussiv fil-karozza.
Les pompiers arrivent rue Joseph 2. #Bruxelles #telebruxelles pic.twitter.com/pWyN101FmA
— Istace Jennifer (@IstaceJennifer) November 16, 2015
//= $special ?>