Il-grupp Anonymous, rinomat għall-attakki diġitali li wettaq fl-aħħar snin, iddikjara dak li qed isejjaħ bħala l-ikbar attakk li qatt wettaq, b’numru kbir ta’ attakki fuq l-internet, lil siti u profili assoċjati mal-ISIS.
F’messaġġ li ħareġ il-grupp, jingħad li l-attakki terroristi fi Franza ma jistgħux jbqgħu għaddejjin mingħajr azzjoni, u għalhekk iwissi li l-attivisti ta’ Anonymous madwar id-dinja qed jingħaqdu kontra “dawk li joqtlu l-innoċenti.”
Anonymous kien diġa’ wettaq attakk diġitali kontra l-ISIS wara l-attakki fuq il-bini ta’ Charlie Hebdo.
“Kunu ppreparati għal reazzjoni massiċċa mill-Anonymous. Kunu afu li se nsibukom, u mhux se naqtgħu qalbna,” jgħid dan il-messaġġ.
Għall-ISIS, l-Internet hu għodda importanti hekk kif hu fatt magħruf li l-grupp juża propoganda diġitali anke’ biex jattira ġellieda ġodda.
//= $special ?>