Internazzjonali

Filmat: ‘False alarm’ inissel paniku kbir f’Pariġi

Fl-inħawi ta’ Place de La Republique inħoloq paniku kbir meta nstemgħu ħsejjes qawwija, li ħafna ħasbu li kienu tiri minn arma tan-nar. Iżda aktar tard, irriżulta li kien ‘false alarm’.

Filmati li ħarġu, juru l-istat ta’ paniku li kienu jinsabu fih mijiet ta’ persuni li ġrew biex jistaħbew. Uħud anke daħlu fi ħwienet u staħbew wara l-imwejjed u s-siġġijiet.

Fuq il-post minnufih marru uffiċjali tas-sigurta’ Franċiżi biex jinvestigaw il-ħsejjes iżda aktar tard irriżulta li ma kienx hemm periklu.

F’Pariġi bħalissa hemm crew ta’ Netnews.com.mt magħmul minn Frank Psaila, Karl Gouder u Roberto Runza, biex jirrappurtaw dak li għaddej fil-kapitali Franċiża.