Ajruplani tal-gwerra Franċiżi wettqu l-akbar attakk fis-Sirja meta tefgħu madwar 20 bomba fuq il-belt ta’ Raqqa, meqjusa bħala l-kapitali tal-ISIS. Fl-attakk b’kollox ipparteċipaw 12-il ajruplan Franċiż, fosthom 10 fighter jets.
L-ajruplani Franċiżi kellhom numru ta’ miri, fosthom ċentru ta’ reklutaġġ ġiħadist u ċentru ta’ taħriġ. Wara l-attakki f’Pariġi, il-President Franċiż Francois Hollande qal li l-attakki kienu “att ta’ gwerra.”
Kelliem għall-Gvern Franċiż qal li dan kien l-akbar attakk ta’ Franza fis-Sirja s’issa, bil-Ministru tal-Affarijiet Barranin Franċiż jgħid li pajjiżu għandu l-leġittimità li jieħu azzjoni kontra l-ISIS wara l-attakki terroristiċi f’Pariġi.
//= $special ?>