Il-ġurnali kollha dalgħodu jitrattaw l-inċident f’Paceville tas-Sibt billejl, meta 74 persuna ndarbu f’inċident tal-massa.
IN-NAZZJON b’ritratt tal-post fejn seħħ l-inċident f’Paceville u tikkwota lill-Kap tal-PN jgħid “bħala missier, in-nuqqas ta’ sigurta’ f’Paceville jinkwetani.” Dan apparti ritratt tal-Kap tal-PN jipparteċipa fil-Fun Run tal-President u ritratt minn Franza bit-titlu “id-dinja f’luttu”.
TIMES OF MALTA b’ritratt tal-inċident f’Paceville u tikkwota lill-Prim Ministru jsejjaħ għal studju dwar tibdiliet fil-liġijiet dwar in-nightclubs. The Times bi storja oħra ta’ ħaddiem tal-Lands li allegatament qed jagħmel użu personali minn razzett pubbliku.
THE MALTA INDEPENDENT bl-istorja ewlenija tkun dik dwar l-inċident f’Paceville. Rapport ieħor fil-faċċata jitkellem dwar il-mod kif il-Pulizija barranija għadha qed tfittex raġel involut fl-attakki ta’ Pariġi.
L-ORIZZONT b’ritratt tal-post tal-inċident f’Paceville u bir-rapport ewlieni dwar Maltin residenti fi Franza li jgħidu li “l-ħajja trid tkompli.”
//= $special ?>