Lokali

Il-President tattendi għall-Konferenza Ġenerali tal-UNESCO f’Pariġi

Il-President ta’ Malta Marie Louise Coleiro Preca bdiet iż-żjara tagħha ta’ jumejn fil-kapitali Franċiża Pariġi għall-Konferenza Ġenerali tal-UNESCO, fl-okkażjoni tas-70 sena mit-twaqqif tagħha.

Hi ntlaqgħet mill-Assistent Direttur Ġenerali għar-Relazzjonijiet Esterni Eric Falt u, qabel il-Konferenza Ġenerali, iffirmat u ħalliet messaġġ fuq il-Ktieb tal-Viżitaturi.

Fin-nota tagħha, il-President Coleiro Preca qalet li f’dan iż-żmien sensittiv għad-dinja kollha, aktar minn qatt qabel, il-missjoni tal-UNESCO għandha tkun ta’ prijorità għal kulħadd.

Fil-Konferenza Ġenerali tal-UNESCO kienet osservata wkoll minuta silenzju biex jiġu mfakkra l-vittmi tal-attakki terroristiċi tal-Ġimgha li għadda.