Futbol Sport

Il-UEFA trid li jibqa’ Franza

Il-UEFA reġgħet tenniet li l-finali tal-Euro 2016 se jsiru fi Franza kif pjanat.

Dan qalitu wara li l-organizzazzjoni tal-kampjonati tan-nazzjonijiet ewropej fi Franza ġew taħt skrutinju wara l-attakk terroristiku li sar f’Pariġi nhar il-Ġimgħa fejn inqatlu 129 persuna.

Fi stqarrija maħruġa lbieraħ il-UEFA qalet li ilhom jaħdmu mal-awtoritajiet għal tliet snin “biex jiggarantixxu li jkun hemm turnament sikur”.

Il-poloz tal-finali se jsiru kif skedat fit-12 ta’ Diċembru fil-Palais des Congres f’Pariġi.

“Ninsabu fiduċjużi li se jkunu qed jittieħdu l-miżuri ta’ sigurtà kollha skont il-każ” żiedet l-istqarrija.
It-turnament se jintlagħab fi Franza bejn l-10 ta’ Ġunju u l-10 ta’ Lulju 2016.

L-istqarrija tal-UEFA ħarġet wara li l-leġġendarju Franċiż Just Fontaine li kien fi Stade de France il-Ġimgħa, qal lill-ġurnal Franċiż li Franza għandha tirrinunzja għat-turnament