Il-Malta Football Association permezz tad-Dipartiment tal-Grassroots fi ħdan iċ-Ċentru Tekniku u bil-kollaborazzjoni mal-Isport Promotion Unit (SPU) fi ħdan SportMalta u d-Direttur għall-Kwalità u Livell fl-Edukazzjoni (DQSE), qed jerġgħu jippromwu t-turnaments tal-futbol fl-iskejjel u li tant kienu popolari fil-passat.
Dawn it-turnaments huma partiti 11-il a side għal tfal mill-Form 3 u Form 4 fejn qed jieħdu sehem l-iskejjel sekondarji ta’ Gozo College, St. Venera (St. Tereża), Pembroke u Sliema (St. Claire), St. Benedict (St. Benedittu), Ħamrun (San Gorg Preca), Ħamrun (St. Thomas More), Verdala (Sta. Margerita) u l-Iskola nazzjonali tal-isport.
L-iskejjel tal-istat qed jikkompetu f’żewġ gruppi u l-finali se ssir fid-9 ta’ Mejju 2016.
Il-logħob qed isir fil-faċilitajiet tal-Mellieħa SC, Sliema Wanderers u Mosta FC fejn qed jieħdu sehem aktar minn 300 tifel ta’ bejn it-13 u l-15-il sena.
Iċ-Ċentru Tekniku tal-MFA esprima s-sodisfazzjon tiegħu li dawn it-tfal qed jerġa’ jkollhom l-esperjenza sabiħa ta’ futbol kompetittiv fl-iskejjel. Il-logħob hu wkoll kontrollat minn referees tal-MFA bil-għan li jissorveljaw il-partiti u fl-istess ħin inisslu sens ta’ kompetizzjoni u fair play fost it-tfal.
L-isponsors prinċipali huma Teamsport li qed jassisti lill-MFA fi tqassim ta’ apparat għall-iskejjel, u GSD Marketing Ltd. li qed jipprovdu l-ilma Kristal lit-tfal kollha.
//= $special ?>