In-Nutar Tony Abela ħa l-ġurament bħala Membru Parlamentari bħala Deputat Nazzjonalista wara li aktar kmieni matul il-ġurnata kien elett f’elezzjon każwali li saret fis-Seba’ Distrett wara li rriżenja mill-Parlament Joe Cassar.
L-Ispeaker Anġlu Farrugia ta l-ġurament lid-Deputat Nazzjonalista Tony Abela fil-bidu tas-seduta tal-lejla fil-Parlament.
Qabel ma ngħata l-ġurament lid-Deputat Nazzjonalista Tony Abela, il-Kamra osservat minuta silenzju bħala turija ta’ rispett u solidarjetà mal-vittmi tal-attakki terroristiċi fi Franza li saru nhar il-Ġimgħa filgħaxija.
//= $special ?>