Lokali

Velja ta’ talb quddiem l-Ambaxxata Franċiża

Fid-dawl tal-attakki terroristiċi f’Pariġi li seħħew fi tmiem il-ġimgħa li għaddiet, il-Kunsill Studenti Universitarji (KSU) flimkien mal-għaqda ġurnalistika universitarja The Third Eye organizzaw velja ta’ talb quddiem l-Ambaxxata Franċiża fil-Belt Valletta.

Tul din l-attivita’ inġabru bosta studenti fejn flimkien talbu għall-paċi u l-għaqda fost il-ġnus. Bosta nies preżenti xegħlu numru ta’ xemgħat bħala memorja għall-vittmi tal-attakki tal-Ġimgħa li għaddiet u kif ukoll kien hemm min poġġa xi fjuri mal-entratura tal-binja tal-Ambaxxata.

Għal din il-velja attendew ukoll membri fi ħdan l-MZPN (Moviment Żgħażagħ Partit Nazzjonalista).