Internazzjonali

Wara l-attakki: Il-Pulizija Franċiża jissekwestraw rocket launcher f’Lyon

Il-Pulizija Franċiża sabu u ssekkwestraw rocket launcher f’Lyon, f’wieħed mir-raids li qed isiru fid-dawl tal-attakki f’Pariġi.

B’kollox qed jinżammu ħames persuni mill-Pulizija f’Lyon, skont il-media Franċiża.

S’issa saru aktar minn 150 tfittixja madwar Franza wara l-attakki terroristiċi ta’ Pariġi f’ħames bliet differenti.