Id-Deputat Marlene Farrugia rriżenjat mill-Partit Laburista u mill-Grupp Parlamentari Laburista.
L-aħbar ħarġet wara li Marlene Farrugia vvutat mal-Oppozizzjoni u kontra l-Gvern fil-Parlament f’vot dwar il-liġi li se tifred il-MEPA f’żewġ awtoritajiet separati.
Marlene Farrugia ivvutat kontra l-Gvern Laburista f’vot dwar emenda li ressqet l-Oppozizzjoni ghal-ligi li se taqsam il-MEPA. Hi tat l-ittra tagħha ta’ riżenja lill-Prim Ministru wara li ttieħed dan il-vot.
Fl-emenda li ressqet l-Oppozizzjoni, u li Marlene Farrugia vvutat favuriha, kien qed jintalab biex ic-Chairman maghzul mill-Gvern biex imexxi l-Awtorita’ dwar l-Ambjent, jersaq ghall-approvazzjoni u l-iskrutinju tal-Kumitat Parlamentari dwar l-Ambjent u l-Ippjanar qabel ma jidhol fil-kariga.
//= $special ?>