Il-Pulizija arrestat u se tressaq il-Qorti lir-raba’ persuna relatata mas-serqa minn ġojjellerija li seħħet fis-26 ta’ Awwissu li għadda fir-Rabat Għawdex. Il-persuna mistennija titressaq quddiem il-Qorti ta’ Għawdex illum stess.
Fil-5 ta’ Novembru li għadda, il-Pulizija resqet tliet persuni oħra relatati mal-każ wara li dawn kollha kienu ħarbu mill-pajjiż eżatt kif wettqu s-serqa.
Madankollu, ħidma bejn l-Għassa tar-Rabat Għawdex u d-Dipartiment tal-Investigazzjonijiet Kriminali wasslet biex jiġu identifikati l-erba’ persuni. Dawn setgħu jinġiebu Malta wara li nħareġ u kien milqugħ Mandat tal-Arrest Ewropew.
Dakinhar tas-serqa, il-ħallelin kienu daħlu fil-ħanut u talbu lill-impjegata turihom xi ġojjelli mill-vetrina. Hi refgħet id-deheb li kellha dak il-ħin u kompliet taqdi xi klijenti. Madankollu, aktar tard indunat li l-ġojjelli li kienet refgħet aktar kmieni ma kienux hemm.
//= $special ?>