Ħafna deputati jwieġbu biss “36,000” meta mistoqsija jekk ir-riżenja ta’ Farrugia hijiex att ta’ sfiduċja
Deputati bla reazzjoni, bla kumment, jew inkella bi stqarrija li r-riżenja ta’ Marlene Farrugia mhijiex att ta’ sfiduċja fil-Gvern ta’ Joseph Muscat.
Netnews.com.mt kien qed jieħu l-kummenti ta’ numru ta’ deputati Laburisti ftit ħin wara li tħabbret ir-riżenja ta’ Marlene Farrugia mill-Partit Laburista u mill-Grupp Parlamentari Laburista.
Ħafna mid-deputati evitaw il-cameras ta’ Netnews.com u telqu mill-post mingħajr ma taw kumment, iżda oħrajn irrispondew biss li l-Gvern għadu jgawdi l-fiduċja tal-poplu anke jekk irriżenjat waħda mill-membri tal-Grupp Parlamentari.
//= $special ?>