Lokali

Filmat: Tintlemaħ balena ‘l barra mill-Ġnejna

Grupp ta’ sajjieda qed jisħqu li iktar kmieni llum iltaqgħu ma’ xena mhux tas-soltu waqt is-sajda tagħhom, madwar 10 mili ‘l barra mill-Bajja tal-Ġnejna; balena li fi kliemhom tkejjel tul ta’ madwar 30 pied.

F’filmat li ttella’ fuq Facebook minn James Buttigieg, jidher spettaklu tas-sbuħija ta’ din il-kreatura rari fl-ibħra madwar Malta. Minkejja dan, mhux l-ewwel darba li dehru baleni qrib il-kosta ta’ Malta.

Wara xi ħin josservaw mill-qrib din il-balena, il-filmat jintemm hekk kif il-balena tidher toqrob lejn id-dgħajsa u s-sajjieda jħallu ż-żona.