Il-logħba li kellha tintlagħab illejla bejn iċ-champions tad-dinja, l-Ġermanja u l-Olanda, kienet kanċellata siegħa qabel bdiet. Skont l-ewwel rapporti intqal li viċin il-grawnd ta’ Hannover instab trakk li kien taparsi ambulanza, u li kien mimli bil-bombi. Għal din il-logħba kienet se tattendi l-Kanċillier Ġermaniż Angela Merkel.
Aktar tard irriżulta li l-partita kienet kanċellata minħabba informazzjoni li l-awtoritajiet Ġermaniżi rċevew.
Intant, il-Federazzjoni tal-Futbol fi Franza ħabbret li l-partiti tal-kampjonati domestiċi se jintlagħbu kif kien oriġinarjament skedat imma, bħala prekawzjoni, l-partitarji tat-timijiet li se jkunu qed jilagħbu barra minn darhom mhux se jitħallew jidħlu fil-grawnd.
Fi tnejn minn diversi partiti ta’ ħbiberija li ntlagħbu lbieraħ, l-Ingilterra kisbet rebħa ta’ 2-0 f’Wembley Stadium kontra Franza filwaqt li l-Italja ġiet miżmuma draw 2-2 kontra r-Rumanija.
Ta min jinnota li qabel il-partita bejn Franza u l-Ingilterra, il-plejers taż-żewġ timijiet inġabru flimkien f’nofs il-grawnd u osservaw minuta silenzju b’rispett tal-vittmi li tilfu ħajjithom fl-attakki terrorstiċi li seħħew f’Pariġi. Barra minn hekk, dawk kollha li kienu preżenti ingħaqdu f’kor tal-innu Franċiż filwaqt li xejru l-bnadar ta’ Franza.
Għall-kuntrarju ta’ dan, qabel il-partita bejn il-Greċja u t-Turkija, fil-preżenza taż-żewġ Prim Ministri rispettivi, partitarji naqqsu milli josservaw il-minuta silenzju b’ibbuwjar. Rapporti fil-midja qalu wkoll li kien hemm korijiet ta’ Allahu Akbar’
Il-logħba bejn il-Belġju u Spanja, li kellha tintlagħab fil-Belġju, ġiet kanċelatta jum qabel minħabba biża’ ta’ attakki terroristiċi wara dak li seħħ nhar il-Ġimgħa fi Franza.
//= $special ?>