Lokali

“Ħassejtni qed nindifen mingħajr tebut” – David Mallia

minn Matthew Mamo

L-inċident f’Paceville kompla jiggrava b’sensiela ta’ episodji oħra li komplew jiggravaw is-sitwazzjoni, ħtija ewlenija tal-paniku li nqala’ f’mument minnhom, meta allegatament intefa’ pepper sprey fuq ġewwa tal-klabb. Dan wassal għal stampede, folla ta’ nies li ġrew ‘il barra biex joħorġu.

L-imbuttar kompla fuq barra u wassal biex numru ta’ persuni tgerbu t-taraġ, waqgħu fuq xulxin u mblukkaw it-taraġ, fosthom David Mallia.